Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fil-parlament li dan hu budget li jinjora lill-edukazzjoni fejn m’hemmx viżjoni fil-pandemija u sostna li l-gvern m’offriex is-soluzzjonijiet għall-kriżijiet imminenti li għaddejja minnha l-edukazzjoni bħalissa.
Hu kompla li l-Ministru tal-Edukazzjoni li għandu l-hobby tal-ħabi fosthom dwar min huma l-persons of trust, il-pjani tal-COVID tfasslu waħdu u hemm nuqqas ta’ tmexxija fl-edukazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-edukazzjoni bikrija hi l-bażi kollha u qal li l-kinder hi s-cindirella tas-settur; jeħtieġ li dawn ikunu ċ-ċentri edukattivi. L-univeristà għandha tkun ċentru ewlieni ta’ riċerka fil-pajjiż 85% tal-ispiża tal-voti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni sejjer fuq is-salarji, qal Clyde Puli, li kompla li fl-MCAST kien hemm tnaqqis ta’ €1 miljun fil-kapitali; bl-istess proġetti sena wara sena. Dawn huma wiegħdi li mhux qed jitwettqu.

Hu tkellem dwar l-ugwaljanza fl-edukazzjoni u qal li l-gvern se jressaq liġi li se toħloq diskriminazzjoni u sfidi kbar fl-edukazzjoni. Jeħtieġ li jkun speċifikat li din mhix f’linja mal-viżjoni tal-gvern fl-edukazzjoni.
Dwar l-għalliema hu qal li dawn huma l-pilastru fl-edukazzjoni iżda dan il-budget ma jitkellem xejn dwar kif se jkunu attirati iktar żgħażagħ lejn din il-professjoni. Jirriżulta li l-għalliema qed jitilfu l-fiduċja għax hemm nuqqas ta’ konsultazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li tkellem dwar l-għodod fid-dinja moderna fosthom it-tagħlim online u staqsa x’inhi l-viżjoni f’dan is-settur. Kemm se nużaw l-esperjenza tal-COVID f’dan ir-rigward, staqsa Clyde Puli, li kompla li l-gvern għandu politika kajmana f’dan is-settur.
Laptops għandhom biss tfal tal-primarja u fis-sekondarja m’hemmx waqt li għalliema damu jistennew il-laptops. Id-dritt għall-aċċess għall-internet għandu jkun imnaqqax u mhux karità, sostna Clyde Puli, li kompla li fl-intelliġenza artifiċjali ma sar xejn.
L-Att dwar l-Edukazzjoni ilu għaddej erba’ snin wara li kien irtirat; dan qed joħloq konfużjoni. Fejn hi l-Liġi dwar l-Apprentistat? staqsa Clyde Puli, li kompla li l-iskola tal-Qawra infetħet ħames snin wara; skola posposta kull sena. Fir-Rabat Għawdex din ilha ħames nin biex titlesta.
Jeħtieġ ħidma ikbar fl-istudenti li qed jitilqu kmieni u ma jistgħux jintilfu d-Diretturi Ġenerali, il-Prinċipli u l-Assistenti Diretturi fl-iskejjel, sostna Clyde Puli, li kompla li m’hemmx għajnuna għall-iskejjel tal-Knisja u dawk privati. Il-gvern mhux iwieġeb kif se jqsasam l-għajnuna tal-COVID-19 bejn l-iskejjel.
Il-Bord tal-Għażla fl-Iskola tal-isport għadu mhux magħruf u hemm nuqqas ta’ trasparenza fil-karti tal-eżamijiet mitluba mill-ġenituri. Il-gvern qed jaħbi wkoll kemm hemm studenti fl-Università Amerikana f’Bormla.

War l-ETC hu qal li din għandha tkun ix-xempju ta’ sidien oħra u qal li l-ħaddiema jistgħu jaħdmu ġurnata waħda biss mid-dar. Jeħtieġ li l-gvern ikollu l-viżjoni dwar il-bidliet li qed isiru fis-settur tax-xogħol, sostna Clyde Puli, li kompla li dan kollu għandu jsir fi sfond ta’ djalogu soċjali fejn il-gvern iwaqqab lill-unions tal-għalliema.
//= $special ?>