Lokali Parlament

Jeħtieġ li l-kunsilli jkollhom is-saħħa tal-gwardjani

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex il-gvern jirrivedi s-sitwazzjoni preżenti u jerġa’ jgħti lill-kunsilli lokali s-saħħa li jkollhom il-gwardjani lokali taħr ir-responsabbiltà tagħha.

Fil-parlament Karl Gouder qal li l-PN kien ilu jitkellem fuq il-Pulizija tal-Komunità u sostna li dawn jagħmlu differenza fil-ħajja tar-residenti. Din l-iskema issa se tkun varata f’diversi lokalitajiet oħra iżda issa trid xorta tibqa’ tingħata attenzjoni għall-għases tal-pulizija.

Dwar il-Lesa, Karl Gouder qal li l-gvern qed jaħtaf mill-ftit saħħiet li għad fadlilhom il-kunsili lokali. Ir-residenti kellhom fejn imorru meta kien ikun hemm l-inkonvinjenti iżda l-gvern ħoloq mostru fil-Lesa biex issa is-sindki jridu jmorru jokorbu lil-Lesa biex jibgħatilhom gwardjan lokali jekk ikun hemm.

Dan il-proġett falla u jeħtieġ li l-kunsilli jingħataw is-saħħa li jeżegwixxi. Il-kunsilli jistgħu jħaddmu s-sistemi tal-gwardjani lokali aħjar, sostna Karl Gouder, li appella biex is-saħħa tal-infurzar terġa’ tmur għand il-kunsilli lokali.