Sport Sport Ieħor

Judd Trump jikkonferma li huwa n-numru wieħed fid-dinja tas-snooker

Judd Trump ikkonferma li huwa n-numru wieħed fid-dinja tas-snooker meta għal ħames darbiet f’sitt frames għamel breaks ta’ aktar minn mija.

Trump għeleb lil David Gilbert b’6 frames għal 3 f’partita minn Grupp 2 fit-Tournament Champion of Champions li qed isir fil-Marshall Arena f’Milton Keynes.

Ġranet qabel kien għamel wkoll break ta’ 119 kontra Stuart Bingham. Kontra David Gilbert għamel breaks ta’ 103 ; 117 ; 112 ; 107 u 138 sabiex issa nhar is-Sibt jilgħab fit-tieni semi finali kontra c-Champion tad-Dinja Ronnie O’Sullivan għal post fil-finali.

Trump li f’sentejn rebaħ għaxar ranking tournaments kif wkoll il-Masters, fl-2014 kien tilef fil-finali tac-Champion of Champions 10 – 7 kontra Ronnie O’Sullivan kif wkoll sena ilu 10 – 9 kontra Neil Robertson.