Futbol Sport

Manchester United megħluba minn Istanbul Basaksehir, draw għal Lazio

(Ritratt: EPA)

Manchester United sfaw megħluba 2-1 barra minn darhom kontra Istanbul Basaksehir. It-Torok marru fil-vantaġġ wara 13-il minuta b’xutt minbarra l-kaxxa tal-eks attakkant ta’ Newcastle DEMBA BA. EDWIN VISCA għamilhom 2-0 meta kkonkluda fuq cross ta’ Turuc. Tliet minuti wara ANTHONY MARTIAL naqqas l-iskor għal Manchester United b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ LUKE SHAW.

Lazio ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 fir-Russja minn Zenti St. Petersburg. ALEKSANDR YEROKHIN tefa’ lil Zenit fil-vantaġġ wara 32 minuta b’konklużjoni mill-ewwel fuq pass fit-tul ta’ Dzyuba. Lazio ġabu d-draw tmien minuti mit-tmiem meta minn cross ta’ Acerbi kien FELIPE CAICEDO li għamilhom 1-1 u salva punt għat-tim ta’ Simone Inzaghi.