Futbol Sport

M’hemmx pjan li jinbidel il-format tal-EURO 2020

Wara li diversi rapporti internazzjonali fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet qalu li l-UEFA kienet qed tikkonsidra li l-EURO 2020 ta-sajf li ġej se tinżamm f’pajjiż wieħed, il-UEFA ċaħdet dawn ir-rapporti u qalet li se żżomm mal-pjan skedat.

It-turnament tal-EURO 2020 kellu jsir fis-saj li għadda iżda kawża tal-pandemija tal-coronavirus ġie pospost għas-sajf li ġej. Għall-ewwel darba il-logħbiet ta’ dan it-turnament se jintlagħbu madwar il-kontinent kollu bit-timijiet se jkollhom jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor.

Il-UEFA żiedet tgħid li tinsab f’komunikazzjoni diretta mat-12 -il pajjiż li se jospità l-partiti biex jitħejja pjan sabiex ikunu jistgħu jattendu l-partitarji. Il-partiti għandhom jintlagħbu f’dawn il-pajjiżi: Amesterdam, Baku, Bilabo, Bukarest, Budapest, Kopenhagen, Dublin, Glasgo, Londra, Munich, Ruma u San Pietruburgu