Basketball Coronavirus Sport

MLS u l-isptar St. James jgħinu lill-MBA fil-ġlieda kontra l-coronavirus

Sabiex jitnaqqas il-piż tal-klabba minħabba li jridu jsiru numru ta’ testijiet b’rabta mal-coronavirus fil-ġimgħa, l-Malta Basketball Association laħqet ftehim addizzjonali mal-Medical Laboratory Services u l-isptar St. James sabiex jgħinu fit-testijiet ta’ kull ġimgħa.

Dan il-ftehim sar biex l-MBA tassigura l-użu tal-aħjar prattiċi u l-applikazzjoni tal-pariri mogħtija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. L-MBA f’kull attività qed tippromwovi l-aħjar prattiċi filwaqt li jkunu konsistenti mal-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.

Ftit tal-ġimgħa ilu, l-MBA ppubblikat protokoll speċifiku kontra l-pandemija tal-coronavirus, liema protokoll jelenka numru ta’ miżuri sanitarji u mediċi kif ukoll jagħti rakkomandazzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu osservati waqt li jintlagħbu logħbiet uffiċjali mill-kompetizzjonijiet lokali.