Lokali Parlament

Proposta tal-PN biex tieqaf il-ħsara kaġunata mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ressaq proposti fil-parlament biex tieqaf il-ħsara kaġunata mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti

Fid-dibattitu parlametnari dwar il-Ministeru tal-Intern, Karol Aquilina qal li ftit xhur ilu kien hemm abbozz biex din l-iskema tkun emendata fejn il-gvern qal li se jieqaf ibiegħ il-passaporti sal-aħħar ta’ Settembru; jidher li din il-wegħda mhux se tinżamm. Dan mhux minnu għax il-gvern qed jgħid li fl-2020 il-gvern se jdaħħal €50 miljunw aqt li fl-2021 l-gvern qed jgħid li se jdaħħal €75 miljun.

Hu qal li fl-2013 il-PL ma kienx isemmi ċ-ċittadinanza iżda ftit wara li rebħu l-elezzjoni, il-gvern ħabbar din l-iskema; liema skema fil-fatt kienet imfassla minn Joseph Muscat u Keith Schembri personalment qabel l-elezzjoni.

Keith Schembri kien l-iktar persuna li ħa interess u mbotta din l-iskema korrotta u kien jordna lill-ex Ministru Manwel Mallia u lill-Ministru Owen Bonnici x’għandhom jagħmlu.

Fuq it-telefon Keith Schembri ta ordniijiet lil Manwel Mallia u lil Owen Bonnici fuq din l-iskema; dawn kienu jibżgħu minnu. Keith Schembri kien involut fit-tixħim f’din l-iskema u hemm rapport tal-FIAU flimkien ma’ inkjesta Maġisterjali dwar bejgħ ta’ passaporti lil Russi. Keith Schembri kien qed jaqla’ l-flus minn din l-iskema.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din l-iskema għamlet ħsara lill-pajjiż u sostna li Boris Mints, Russu li xtara ċ-ċittadinanza u li kien arrestat fl-Ingilterra fuq frodi. Hu kien kritikat mill-gvern Amerikan u kien fil-Kremlin List; il-gvern Malti qatt ma qal xejn dwar dan.

Iċ-Ċiniż Liu Zhongtian hu biljunarju li kien taparsi joqgħod Malta u kien akkużat li evada b’1.3 biljun dollaru f’tariffi fuq l-aluminium u xtara l-passaport Malti.

Pavel Melnikov hu Russu ieħor u fuqu sar raid fil-Fillandja fuq ħasil ta’ flus u xtara l-passaport Malti.

Mustafa Abdel Wadood hu Eġizzjan li kien arertsat fl-USA u akkużat bi frodi ta’ investituri u kien aċċettat biex jakkwista ċ-ċitatdinanza Maltija.

Lil Anatoly Borisovich Hurgin, il-gvern Labruista irranġalu biex anki hu u martu jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali u għandu kumpaniji li jispeċjalizzaw fil-hacking tat-teknoloġija u fi spjunaġġ.

Karol Aquilina appella lill-Ministru tal-Intern biex jitkellem dwar dawn il-każi u sostna li l-gvern qed jimxi b’segretezza f’din l-iskema għax il-gvern ma jagħti l-ebda rendikont. Il-Kummissjoni Ewropea se tieħu passi kontra Malta dwar din l-iskema; hi gidba li l-gvern jgħid li l-iskema kienet approvata mill-Kummissjoni Ewropea.

Id-deputat Nazzjonalista qal li mhxu ta’ ġid li hemm din il-kwstjoni pendenti għaliex Malta titpoġġa f’kategorija ta’ pajjiżi li huma ddisprati u li ma jinteressahomx mir-reputazzjoni tagħhom.

Hu qal li l-PN lest jiddiskuti biex tissewwa’ din l-iskema bil-kundizzjoni li jieqaf il-bejgħ tal-passaporti u li jkun hemm rabta ġenwina bejn min jingħata ċ-ċittadinanza u Malta. Din ir-rabta m’għandhiex tkun biss ta’ flus, sostna Karol Aquilina.