Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal jirbaħ l-1,000 partita ATP

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru tnejn fid-dinja Rafael Nadal rebaħ l-1,000 partita ATP wara li għeleb lil Feliciano Lopez fil-Masters ta’ Pariġi. Nadal għandu wkoll iċ-ċans li jirbaħ is-36 titlu tal-ATP 1000 fi Franza xahar wara li rebaħ ir-Roland Garros għat-tlettax –il darba.

Nadal għeleb lil Lopez 4-6 7-6 6-4. Nadal rebaħ l-ewwel partita tiegħu fl-ATP meta kellu 15-il sena fid-29 t’April tal-2002. Nadal tilef 6-4 fl-ewwel sett iżda rnexxielu jirkupra tajjeb fit-tieni u t-tielet sett. It-triq biex jirbaħ is-36 titlu ATP mhux se tkun faċli għal Nadal hekk kif hu jista’ jaffaċċja lil Pablo Carreno Busta kif ukoll lil David Goffin.