Futbol Sport

Rebħa kbira għal Pietà

Pietà H………..4

Marsa…………..1

Pietà: M. Chetcuti, S. Okoh, S. Mizzi (J. Ghio 46’), L. Cassar, C. Bouvet, I. Jalo, Z. Leonardi, N. Cocks (S. Pisani 88’), J. Scicluna (G. Borg 90’), D. Segura, C. Ze Lucas

Marsa: K. Brincat, M. Busuttil (F. Gusman 53’), C. Gatt Baldacchino (S. Diacono 71’), D. Grima, M. Micallef, G. McKay, R. Coelho, J. Lima, L. Grech (J. Galea 71’), L. Micallef (P. Lapira 46’), H. Paulo

Pietà Hotspurs kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 fuq Marsa li għal dawn tal-aħħar kienet it-tieni partita tagħhom dan l-istaġun minħabba li l-partiti tagħhom kienu posposti minħabba n-numru ta’ każijiet ta’ coronavirus. Kienu Marsa li fetħu l-iskor wara biss sitt minuti permezz ta’ MANOLITO MICALLEF. Pietà rrispondew u ħames minuti wara kien CAETANO ZE LUCAS li ġab id-draw minn penalty. JAMES SCICLUNA għamel l-iskor 2-1 fil-21 minuta biex qabel tmiem l-ewwel taqsima kien NEIL PACE COCKS li skorja t-tielet gowl għal Pietà. DIEGO SEGURA aċċerta mit-tliet punti għal Pietà meta fis-70 minuta skorja r-raba’ gowl.

BOV CHALLENGE LEAGUE

Ilbieraħ

Pietà H. v Marsa   4-1

Illum

Victor Tedesco Stadium

Marsaxlokk v Fgura U.   8.00pm