Futbol Sport

Rosario ppreżentat bl-unur tal-isbaħ gowl ta’ Settembru

Aktar kmieni llum, fl-istabbiliment ta’ Tescoma Malta, li jinsab f’tal-Pietá, saret il-presentazzjoni tal-unur tal-isbaħ gowl tax-xahar għal Settembru, tal-programm Replay lir-rebbieħ Kevin Ante Rosario ta’ Santa Lucia F.C..
Il-presentazzjoni lil Rosario saret minn rappreżentanta ta’ Tescoma Malta, hekk kif dan hu l-ewwel unur ta’ dan l-istaġun wara li kien hemm aktar minn 4,000 vot li wassal biex intgħażel ir-rebbieħ għal Settembru.

https://www.facebook.com/184288778338927/videos/386212729173015

Nhar il-Ġimgħa li ġej, waqt il-programm Replay Preview, li jixxandar fid-9:30pm fuq Net Television, se jkun qed jixxandar servizz speċjali dwar dan l-unur, b’intervista mal-plejer.