Lokali

Arrestat raġel b’rabta ma’ erba’ serqiet fl-ajruport

Raġel mill-Marsa ġie arrestat wara li kien identifikat bħala l-allegat ħalliel li wettaq erba’ serqiet mill-ajruport.

Wara ħidma mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, flimkien mal-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri wasslu sabiex ġie arrestat is-suspettat ta’ 46 sena.

Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija meta l-Pulizija kienet infurmata b’serqa ta’ madwar €6,000 f’ġojjellerija minn ħanut fl-ajruport – bil-ħalliel jinqabad mill-kameras tas-sigurtà jaħrab mill-post permezz ta’ mutur.

Ir-raġel instab fir-residenza tiegħu l-Ħamis filgħaxija.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri l-istess persuna irriżulta li fit-30 ta’ Ottubru wettaq serqa minn ħanut ieħor fl-ajruport kif ukoll fit-3 u l-Ħamis stess, 5 ta’ Novembru – wettaq serqa mill-pompa tal-petrol tal-ajruport.