Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 174 każ ġdid – ifiqu 93

Fl-aħħar ħamest ijiem il-Gżejjer Maltin raw żieda ta’ 10 vittmi kawża tal-Covid-19. 5 minnhom sfortunatament seħħew fl-aħħar 24 siegħa, bil-Ministeru għas-Saħħa jħabbar il-mewta ta’ raġel ta’ 54 sena li kien rikoverat fl-Isptar Mater Dei – bit-tixrid tal-pandemija jissokta quddiem għajnejn il-poplu.

Intant fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 174 każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi jammontaw għal 2,146.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 6,981.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis fiequ 93 persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 4,765.

Intant, mill-84 każ li tħabbru tul il-jum tal-Erbgħa; 13-il każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 11-il każ minn fuq il-post tax-xogħol, 3 każi importati, u 2 każi oħra minn attivitajiet soċjali.

Dan ifisser li 55 persuna ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus.