Fl-aħħar 24 siegħa, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar 5 vittmi tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna, sabiex issa l-fatalitajiet fil-Gżejjer Maltin żdiedu għal 70.
L-aħħar vittma mħabbra mill-Ministeru huwa raġel ta’ 75 sena li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-3 ta’ Novembru fejn kien ikkonfermat pożittiv għal virus l-għada.
Huwa tilef ħajtu l-Erbgħa filgħaxija.
Għal darb’oħra, il-Ministeru ħass il-ħtieġa li jgħid li l-anzjan kien isofri minn mard kroniku ieħor.
//= $special ?>