Lokali Unjoni Ewropea

Cyrus Engerer se jieħu post Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew

Cyrus Engerer rebaħ l-elezzjoni kazwali biex jieħu post Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew. Hu kien elett fis-seba’ għadd b’vantaġġ ta’ 2,115 vot aktar minn Josef Caruana.

Għas-siġġu ta’ Miriam Dalli kienu qed jikkontestaw ukoll Felix Busuttil, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef u Lorna Vassallo.

Engerer issa jingħaqad mal-ħames l-MEPs Maltin l-oħra, li qed jaħdmu fil-Parlament Ewropew.

Cyrus Engerer kien ikkampanja l-ewwel darba għall-Ewropa fl-2014. Iżda dakinhar kien irtira l-kandidatura tiegħu minħabba li nstab ħati fil-Qorti li xerred materjal pornografiku. Hu kien ġie kkundannat sentenza ta’ priġunerija sospiża għal sentejn.