Futbol Sport

Għadd ta’ partiti mill-UEFA Europa League

Illejla jintlagħbu għadd ta’ partiti mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League.

Fost il-partiti l-aktar li jispikkaw hemm il-konfront minn Grupp H bejn Milan u Lille, biż-żewġ timijiet ikollhom bidu mpressjonanti għall-istaġun tagħhom. Arsenal jilgħabu fl-Emirates Stadium kontra Molde tan-Norveġja filwaqt li Tottenham jilgħabu barra minn darhom fil-Bulgarija kontra Ludogorets. Leicester jisfidaw lil Braga filwaqt li min Grupp A Roma jilgħabu kontra Cluj.

UEFA EUROPA LEAGUE

Fażi tal-gruppi: Illejla: 6.55pm: Roma v Cluj, Rapid Wien v Dundalk, Hapoel Beer Sheva v Bayer Leverkusen, Slavia Prague v Nice, Benfica v Rangers, Lech Poznan v Standard Liege, Omonia Nicosia v Granada, PAOK v PSV, Real Sociedad v AZ Alkmaar, Rijeka v Napoli, Sivasspor v Qarabg, Ludogorets v Tottenham 9.00pm: Young Boys v CSKA Sofia, Arsenal v Molde, Leicester v Braga, Zorya v AEK Athens, Milan v Lille, Celtic v Sparta Prague, Villarreal v Maccabi Tel Aviv, Royal Antwerp v LASK, Dinamo Zagreb v Wolfsberger, Feynoord v CSKA Moscow, Crvena Zvezda v Gent, Hoffenheim v Slovan Liberec