Sport Sport Ieħor

Jasper Philipsen jirbaħ il-15-il stadju ta’ La Vuelta

Il-15-il stadju ta’ La Vuelta fi Spanja ntrebaħ mill-Belġjan Jasper Philipsen ta’ UAE Team Emirates, fejn għeleb lil Pascal Ackermann u Jannik Steimle fl-aħħar dritta. Dan l-istadju kien fuq distanza ta’ 230.8 kilometru minn Mos sa Puebla De Sanabria.

Fil-klassifika ġenerali, Primoz Roglic ta’ Jumbo-Visma għadu fil-quċċata, 39 sekonda fuq Richard Carapaz ta’ Ineos Grenadiers. Hugh Carthy ta’ EF Pro Cycling jinsab tmiem sekondi wara. Ir-raba’ u l-ħames post huma miżmuma minn Dan Martin ta’ Israel Start-Up Nation u Enric Mas ta’ Movistar Team rispettivament.