Lokali Parlament

Jeħtieġ miżuri iebsa fuq min jabbuża mill-annimali

Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjnalista Mario Galea appella fil-parlamet biex il-miżuri fil-konfront ta’ min jabbuża mill-annimali jkunu ikunu iebsa u effettivi.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Mario Galea qal li l-moħqrija tal-annimali m’għandhiex tkun aċċettata u sostna li hawn nies bla kuxjenza li jużaw l-annimali għall-flus. Fil-pajjiż llum hawn annimali li qatt ma kien maħsub li dawn ikun f’Malta; għalhekk il-ħaddiema tal-Animal Welfare u l-NGOs li jaħdmu favur l-annimali qed iwettqu xogħol kbir għall-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-probema kbira li għandhom hi n-nuqqas ta’ riżorsi minħabba li l-NGOs huma kollha voluntiera. L-ammont ta’ klieb li qed jitħallew fis-santwarji qed jikber kuljum u għalhekk il-problema qed tikber. Problema oħra li meta l-pubbliku jċempel l-Animal Welfare dwar moħqrija tal-annimali, m’hemmx postijiet fejn jinżammu l-annimali maħqura.

Mario Galea kompla li l-NGOs u l-gvern iridu jikkoperaw bejniethom dwar din il-problema u sostna li hawn problema kbira ta’ qtates li jgħixu fit-toroq. Il-maġġoranza tal-Maltin jħobbu l-annimali hu huma biss ftit li huma krudili mal-annimali, sostna Mario Galea, li kompla li qed jikber in-numru ta’ klieb fit-toroq; għalkemm dan l-ammont illum naqas ħafna.

Id-deputat Nazzjonalista sellem lid-Direttur tal-Animal Welfare Noel Montebello għall-ħidma li qed iwettaq u qal li fil-pajjiż hawn problema ta’ infurzar; annimal li qed ibati ma jistax jistenna biex ikun salvat meta jkun qed ibati. In-nies tal-Animal Welafre għandhom bżonn it-taħriġ għaliex dawn issa qed jiltaqgħu ma’ annimali eżotiċi.

Mario Galea qal li l-gvernijiet għandhom tort dwar iż-zoos li hawn fil-pajjiż; f’dawn il-postijiet hemm anki zoos li hu protett internazzjonalment. Hu fakkar li fil-pajjiż hawn tigra miżmuma fuq bejt fil-Fgura u appella biex il-ġudikanti ma jinjorawx is-sentiment ta’ rabja meta jkun hawn każi ta’ ħruxija fuq l-annimali.

Hu sellem lill-Maġistrat Joe Mifsud u Rachael Montebello għal żewġ sentenzi tajba li taw fuq moħqrija tal-annimali persuna intbgħat 15-il xahar ħabs.

Mario Galea qal li jeħtieġ titwaqqaf taqsima forensika biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji fuq moħqrija tal-annimali. Minkejja l-liġi ħad hawn klieb li jinżammu marbutin, sostna Mario Galea, li ppropona li anki ċ-ċippa tal-klieb u l-qtates għandha tkun infurzata.

Dwar iċ-ċimiterji tal-annimali Mario Galea qal li l-vot ta’ €80,000 għal ċimiterji tal-annimali mhux biżżejjed. L-annimali m’għandhomx jitħallew jgħixu f’ansjetà, sostna Mario Galea.