Għawdex Lokali

Joe Ellis f’laqgħa mal-Kap tal-PN fid-Dar Ċentrali

Ftit wara li ġie elett, l-Avukat Joe Ellis kellu laqgħa fid-Dar Ċentrali mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista mhux biss feraħ lil Joe Ellis għal din il-kisba importanti, iżda anke awguralu għall-ħidma li għandu quddiemu fil-Parlament bħala vuċi tal-Għawdxin fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Min-naħa tiegħu, id-Deputat il-ġdid irringrazzja lil Bernard Grech għall-appoġġ sħiħ li qed juri fih, hekk kif issa se jkun qed jifforma parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Joe Ellis kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.