Lokali Parlament

L-ekonomija mhix tibbenefika mill-opportunitajiet li jistgħu jinħolqu

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li fil-budget u fil-mini-budget m’hemmx proġettat viżjoni għall-futur iżda hemm biss viżjoni fil-qasir; liema viżjoni mhix se tibbenefika mill-opportunità li qed joffri dan il-mument li jirrikjedi trasformazzjoni ekonomika. Hu enfażizza l-importanza tal-ekonomija diġitali, l-ambjent u governanza tajba; elementi essenzjali fit-trasformazzjoni tal-ekonomija.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar il-Ministeru għall-Finanzi u Servizzi Finanzjarji, Mario de Marco qal li dan il-budget kellu jgħin lill-ekonomija iżda fil-fatt dan hu budget bla viżjoni u ma jurix is-setturi li fihom il-gvern jittama li jixpruna l-ekonomija tal-pajjiż; dan hu budget li għajja jmexxi taħt il-piż tal-korruzzjoni. Malta ma tistax taħseb biss sa tliet xhur li ġejjin iżda trid tiffoka fuq il-ħolqien tax-xogħol.

Hu tkellem dwar l-onestà u qal li Malta tinsb fi kriżi ekonomika bħal pajjiżi oħra iżda l-ħtija mhix biss tal-pandemija minħabba li sa minn qabel il-panemija l-ekonomija Mlsti kienet diġà qed tbatti.

Kien hemm ukoll l-impatt tal-għoli tal-ħajja; riżultat tal-mod kif il-gvern bena ekonomija bla ħsieb u viżjoni ġħlief il-kostruzzjoni, turiżmu tal-massa, ħaddiema barranin u bejgħ tal-passaporti. Dan issa qed jagħti daqqa ta’ ħarta flimkien mal-isfidi tal-pandemija.

Mario de Marco kompla li l-gvern għandu responsabbli għaliex ta l-impressjoni li l-virus kien għadda b’konsegwenza li kien hemm splużjoni fil-pandemija. Hu spjega kif anki t-turiżmu kif se jibda jirkupra iżda meta Malta tpoġġiet fil-lista l-ħamra tar-Renju unit, kollox tħarbat. Dan kien tort tal-gvern li pproġetta lil Malta bħala post tal-parties.

L-akbar mannara tibqa’ dik tar-reputazzjoni tal-pajjiż meta Malta kienet meqjusa bħala ċentru ta’ eċċellenza fis-settur finanzjarju.

L-istutuzzjonijiet u r-regolaturi kienu qed jaħdmu kif suppost iżda dan il-gvern żarma kollox; id-daqqa inħasset fuq il-pajjiż kollu tant li saret impossibbli li tiftaħ kont bankarju llum il-ġurnata. Għalhekk waqaf l-investiment f’setturi ġodda u f’setturi stabbli; mhux ta’ b’xejn il-gvern m’attira l-ebda settur ekonomiku ġdid ħlief il-bitchoin u l-kannabis medika.

Jidher li l-proġett tal-btichoin tar-riħ, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li d-deputati Laburisti kienu jivvutaw favur Konrad Mizzi u Joseph Muscat kontra li ssir inkjesta dwar l-Electrogas.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern Laburista mhux jerfa’ r-responsabbiltà u qed iseħħu skandli kontinwi. Hu sostna li Malta hi deskritta demokrazija li ma taħdimx; imtappna.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-eqqel tal-pandemija l-gvern kien iktar iffukat biex islava s-sitwazzjoni tal-Moneyval u kien lest jaċċetta kollox meta kien l-istess gvern li daħħal lill-pajjiż f’din is-sitwazzjoni problematika.

Hu kkritika ż-żjara tal-ex Kap Eżekuttiv tal-MFSA f’Las Vegas ma’ Yorgen Fenech u qal li din l-attitudni hi parti mill-kriżi li għandu l-pajjiż; irid ikun il-gvern li jirranġa din is-sitwazzjoni u jimplimenta l-liġijiet. Malta m’għadhiex attrazzjoni atteranti għall-investiment tant li qed titlef uħud mill-aqwa correspondent bank li bihom isir l-investiment.

Mario de Marco qal li l-gvern Laburista ġab instabbiltà politika u enfasizza li ssir il-ġustizzja veru biex isem Malta jerġa’ jibda jinbena.

Meta tkellem dwar lgħaqal, Mario de Marco qal li d-deficit ta’ €2,000 miljun hu l-ogħla deficit li qatt rreġistrat l-pajjiż waqt li għas-sena d-dieħla se jkun reġistrat l-akbar deficit f’leġiżlatura sħiħa. Il-gvern qed jistma li s-sena d-dieħla se jkun hemm iktar konsum mis-sena li għaddiet; fuq liema bażi l-gvern qed jibbaża din l-istma ottimista?

In-nefqa rikorrenti irduppjat iżda l-poplu mhux jieħu l-valur miżjud, sostna Mario de Marco, li qal li l-kuntratt dwar il-bejgħ tal-isptarijiet, il-kuntratt mal-Electrogas u l-mafra ta’ €40 miljun sisa ingħatat lill-Electrogas ma tawx valur miżjud.

Dwar il-kuraġġ, Mario de Marco qal li dan hu żmien ta’ kuraġġ iżda l-miżuri li qed jieħu l-gvern f’diversi setturi mhux inidirzzati. Hu qal li l-PN ippropona iktar minn 100 proposta fil-prebudget document tiegħu.