Milan kellhom l-ewwel telfa tal-istaġun kontra Lille, bil-partita tintemm 3-0. Lille ngħataw penalty fil-21 minuta, meta Yusef YAZICI ġie mbuttat minn Alessio Romagnoli. L-istess plejer inkariga ruħu mill-11-il metru, fejn ma żbaljax. Lille rdoppjaw fil-55 minuta, meta Gianluigi Donnarumma żbalja milli jżomm ix-xutt ta’ YAZICI. YAZICI jagħmel it-tripletta u jagħlaq il-partita tliet minuti wara b’konkluzzjoni fil-baxx.
Rebħa kbira għal Arsenal ta’ 4-1 kontra Molde. Molde marru minn fuq fit-22 minuta, meta xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Martin ELLINGSEN għeleb lil Bernd Leno. Arsenal ġabu d-dro qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta Kristoffer HAUGEN waqa fil-kaxxa fejn laqat il-ballun u tefa’ fix-xibka tiegħu stess. Awtogowl ieħor, din id-darba ta’ Sheriff SINYAN ipoġġi lil Arsenal fil-vantaġġ. Nicolas PEPE jagħmilhom tlieta minn azzjoni ta’ Bukayo Saka, u Joe WILLOCK ikkonferma r-rebħa fit-88 minuta.
Rebħa faċli oħra għal Leicester City kontra Braga, bir-riżultat finali jkun 4-0. Kelechi IHEANACHO fetaħ l-iskor fl-20 minuta wara li qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper. L-istess plejer iroppja fi ftuħ it-tieni taqsima meta x-xutt tiegħu ġie devjat. Leicester komplew jiddominaw, u fis-67 minuta, Dennis PRAET ikkonkluda mill-viċin. James MADDISON għamilhom erba’ meta d-difensuri ta’ Braga żbaljaw milli jtarju l-ballun fil-ħin.
//= $special ?>