Lokali

LIVE miċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti: L-elezzjoni każwali fuq it-13-il distrett u għal MEP ġdid

Ninsabu fic-Centru tal-Ghadd tal-Voti, fejn qed insegwu l-processi tal-elezzjonijiet kazwali biex jimtlew il-postijiet ta’ Frederick Azzopardi (PN) fil-Parlament Malti u Miriam Dalli (PL) fil-Parlament Ewropew.

Ghas-siggu ta’ Frederick Azzopardi, qed jikkontestaw Joseph Ellis, Censu Galea, Ryan Mercieca, Maria Portelli u Jason Zammit.

Ghas-siggu ta’ Miriam Dalli qed jikkontestaw Felix Busuttil, Josef Caruana, Cyrus Engerer, Mary Gauci, James Grech, Robert Micallef u Lorna Vassallo.

12.26am: Joe Ellis kien elett fl-elezzjoni kazwali fuq it-13-il distrett b’vantagg ta’ 543 vot. Dan hekk kif hu temm l-elezzjoni b’1,968 vot kontra l-1,425 vot li kiseb Ryan Mercieca.

12.16am: Jintemm it-tielet ghadd … stennija ghar-rizultat finali. Joe Ellis se jzomm il-vantagg massicc li kellu s’issa?

11.47am: Fit-tielet ghadd, il-voti ta’ Maria Portelli se jitqassmu bejn Joe Ellis u Ryan Mercieca.

11.43am: Fi tmiem it-tieni ghadd, kif kien mistenni, Joe Ellis kompla jkabbar id-distakk. Wara li nghaddu l-voti ta’ Censu Galea u Jason Zammit, Ellis issa ghandu 1,518 vot, Ryan Mercieca thandu 1,018 vot u Maria Portelli ghandha 918 vot. B’hekk Portelli giet eliminata.

11.08am: Jibda t-tieni ghadd … stennija dwar jekk Joe Ellis hux se jkompli jkabbar id-distakk.

11.04am: Il-Kummissjoni Elettorali stabbilixxiet li l-kwota hi ta’ 1,793 vot.

11.02am: Ghat-tieni ghadd issa fadal tliet Kandidati wara li gew eliminati Censu Galea u Jason Zammit.

10.55am: Joe Ellis jispicca l-ewwel ghadd b’vantagg ta’ 335 vot fuq Ryan Mercieca. Dan hekk kif Ellis kiseb 1,203 vot, Censu Galea kiseb 247 vot, Mercieca kiseb 868 vot, Maria Portelli kisbet 719 vot u Jason Zammit kiseb 453 vot.

10.12am: Fi tmiem l-ewwel ghadd, ikun eliminat l-anqas Kandidat li kiseb voti biex il-Kandidati li jinqghu jghaddu ghat-tieni ghadd.

9.55am: Jintemm is-sorting fl-ewwel ghadd fit-13-il distrett. Wara li jkunu ccekjati d-Dubjuzi, il-voti ta’ kull Kandidat jibdew jingabru halli jibda l-ghadd.

9.50am: Fl-ewwel reazzjoni tieghu bhala MEP gdid, Engerer attakka lil MEPs Maltin ohrajn li, skont hu, ghamlu isem hazin lil pajjizna.

9.45am: Cyrus Engerer rebah l-elezzjoni kazwali biex jiehu post Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew. Hu kien elett fis-seba’ ghadd b’vantagg ta’ 2,115 vot aktar minn Josef Caruana.

9.35am: Ghadna qed nistennew li jithabbar isem min se jimla’ s-siggu battal minn Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew … isem li suppost kellu jithabbar 5 minuti ilu wara li jinhareg ir-rizultat elettroniku wara l-process li kien sar f’Mejju 2019.

9.15am: Hekk kif ghadu ghaddej l-ewwel ghadd, ftit li xejn ghad hemm indikazzjonijiet min se johrog rebbieh minn din l-elezzjoni kazwali. Fil-post, prezenti l-Kandidati kollha li kkontestaw, akkumpanjati minn persuna tal-fiducja taghhom, biex isegwu l-process minn wara l-perspex.

8.42am: L-elezzjoni kazwali ghall-Parlament Ewropew se tinzamm fid-9.30am. F’dak il-kaz, il-process mistenni jiehu biss ftit minuti minhabba li hu wiehed elettroniku. Dan hekk kif l-ghadd tal-elezzjonijiet tal-2019 (fosthom dik tal-Parlament Ewropew) kienu saru elettronikament bi scanners.

8.30am: Jinghata bidu ghall-elezzjoni kazwali fit-13-il distrett. Hawn il-process hu wiehed manwali, kif kien sar fl-2017, u ghalhekk, il-voti ta’ Frederick Azzopardi qed jitqassmu fil-garzelli tal-Kandidati skont l-ahjar preferenza.