Futbol Sport

Ole Gunnar Solskjaer f’riskju li jitkeċċa minn kowċ ta’ Manchester United

Il-kowċ ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer jinsab f’riskju li jitkeċċa mill-kariga tiegħu, wara l-bidu negattiv tat-tim Ingliż fil-kampjonat Premier. Huma rebħu żewġ partiti biss u jinsabu fil-15-il post. It-telfa kontra Basaksehir din il-ġimgħa fiċ-Champions League qajmet diversi rapporti li s-suċċessur ta’ Solskjaer se jkun l-eks kowċ ta’ Tottenham Mauricio Pochettino.

Pochettino ħalla lil Tottenham f’Novembru tas-sena l-oħra, u ilu minn dakinhar bla tim.

United se jaffaċjaw lil Everton nhar is-Sibt, u jekk jitilfu din il-partita wkoll, kapaċi jispiċċaw fis-17-il post. Dan jaf iwassal biex it-tmexxija tal-klabb tieħu azzjoni immedjata, hekk kif il-waqfa għal logħob internazzjonali toffri opportunità biex isir it-tibdil neċessarju.