Lokali Parlament

Priorità; trid tissewwa l-ħsara li qed issir lis-servizzi finanzjarji mir-reputazzjoni tal-pajjiż

Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Krisry Debono sostniet li l-priorità li għandu l-pajjiż quddiemu bġalissa hi li tibda tissewwa r-reputazzjoni internazzjonali tal-pajjiż għalie din qed tikakwż’a ħsara irreparabbli lis-settur tas-servizzi finanzjarji; settur vitali għall-ekonomija al-pajjiż.

Fid-diskros tagħha fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeru għall-Finanzi u Servizzi Finanzjarji Kristy Debono qalet li s-servizzi finanzjarji jkkontribwixxu għal 7.1 tal-GPD tal-pajjiż li żdied kull sena u jimpjega 5.2% tal-ħaddiema; madwar 13,000 persuna b’mod dirett. Hi kompliet li fil-pandemija l-valur gross niżel b’5.2%; dan kien mistenni minħabba l-COVID-19.

Is-settur tas-servizzi finanzjarji, bħal dak tal-gaming u tal-propjetà, irreġistrata tkabbir ta’ 1%. L-ekonomija llum tiddependi minn dan is-settur flimkien mal-gaming u setturi oħra.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dan kien settur reżiljanti matul il-pandemija u gġalhekk għandu jkun protett flok espost għal riskji bla bżonn. Is-sostenibbità fit-tul għandha tkun imsaħħa u mhux tkun taħt theddia, sostniet Kristy Debono, li kompliet li s-servzizi finanzajrji għandhom sfidi kbar speċjalment bir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Dak li l-pajjiż bena fl-aħħar 25 sena jista jintilef; liema settur ikollu effetti kbar fuq l-ekonomija u jħaddem eluf ta’ ħaddiema u familji.

L-aktar theddida għal dan is-settur hi r-reputazzjoni tal-pajjiż; ilna snin inwissu lill-gvern li qed jipproġetta lilu nnifsu li ma jinteressaħx bil-branding tal-pajjiż u li ma jieħux bis-serjetà d-dehra internazzjonali tal-pajjiż.

Hi kompliet li ftit qed issir ġustizzja dwar il-korruzzjoni, u semmiet ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja u l-impatti li dan kellu fuq is-settur. L-iktar problema hi n-nuqqas ta’ rieda biex l-awtoritajiet jaħdmu kif suppost; nittamaw li ma nitpoġġewx fil-lista s-sewda tal-Moneyval.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan hu l-aktar eżami kruċjali għall-pajjiż u tkellmet kontra l-armonizazzjoni tat-taxxi għaliex b’hekk Malta tista’ titlef is-sovranità fiskali. Fuq kollox Malta jeħtieġ tirrestawra l-kredibbiltà internazzjonali tagħha.

Sfida oħra hi marbuta mas-settur bankarja minħabba li hawn nuqqas ta’ banek u teżisti l-problema biex jinfetħu l-kontijiet bankarji għal kumpaniji barranin. L-għeluq ta’ ċertu fergħat bankarji qed iwasslu għal diviżjoni diġitali fis-soċjetà.

Kristy Debono kompliet li l-pajjiż qed jitlef wisq mill-kompetittività tiegħu kemm lokalment kif ukoll internazzjonali. Il-correspondent banks qed isiru dejjem iktar diffiċli biex joffru s-servizzi lill-banek lokali; ninsabu viċin li jkun hemm kriżi f’dan is-settur.

Il-PN wissa lill-gvern diversi drabi dwar dan is-settur u dwar il-problemi li qed jffaċċjaw il-banek lokali. L-aħbar li l-BOV tilef l-aħħar correspondent bank hi l-aħħar aħbar ħażina iżda mill-gvern hemm skiet kbir dwar dan. Il-gvern għandu jispjega jekk għandux soluzzjoni għall-BOV quddiem din il-problema.

Kristy Debono kompliet li jeħtieġ iktar banek biex tiżdied il-kompetizzjoni u żiedet li l-istituzzjonijiet finanzjarji m’għandhomx jispiċċaw f’kontroversji għaliex l-industrija ma taffordjax dawn il-kontroversji.