Raġel ta’ 54 sena tilef ħajtu kawża tal-Covid-19 sabiex b’hekk il-vittmi tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin żiedu għal 71.
Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li r-raġel ġie rikoverat l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ġie ttestjat pożittiv dakinhar stess. Ir-raġel tilef ħajtu kmieni tul il-jum tal-Ħamis.
Għal darb’oħra l-Ministeru ħass il-ħtieġa li jipreċiża li l-vittma kellu mard kroniku ieħor.
//= $special ?>