Futbol Sport

Rebħiet għal Tottenham u Napoli

(Ritratt: EPA)

Tottenham għelbu lil Ludogorets 3-1 fi Grupp J tal-UEFA Europa League. Harry KANE tefa’ lil Tottenham fuq quddiem b’daqqa ta’ ras, fejn dan immarka l-200 gowl tiegħu f’300 logħba. Lucas MOURA kabbar id-distakk fit-32 minuta minn azzjoni ta’ Harry Kane. Claudiu KESERU għamel l-iskor 2-1 fil-50 minuta wara li għeleb lil Joe Hart mill-viċin. Żball fid-difża ta’ Ludogorets wassal għal gowl ta’ Giovani LO CELSO wara li pass ta’ Heung-Min Son poġġieh f’pożizzjoni ideali.

Napoli rkupraw wara li kienu wieħed minn taħt, biex rebħu 2-1 kontra Rijeka. Rijeka fetħu l-iskor fit-13-il minuta permezz ta’ Robert MURIC konkluzjoni fil-ġenb tal-lasta. Napoli ġabu d-dro minuti qabel il-mistrieħ wara li pass ta’ Dries Mertens sab lil Diego DEMME li mil-viċin ma falliex. Il-gowl deċiżiv wasal fit-62 minuta wara li l-ballun ħabat ma’ Filip BRAUT u tefa’ fix-xibka tat-tim tiegħu stess. Dan ifisser li fi Grupp F, Napoli, AZ Alkmaar u Real Sociedad jinsabu kollha b’sitt punti.

Rebħa kbira ta’ 5-0 għal Roma kontra CFR Cluj biex b’hekk telaw fil-quċċata ta’ Grupp A b’seba’ punti. Wara biss minuta, daqqa ta’ ras ta’ Henrik MKHITARYAN kienet wisq b’saħħitha għal gowlkiper biex jilqa’. Fl-24 minuta, Roger IBANEZ skorja minn azzjoni simili bir-ras. Għaxar minuti wara Borja MAYORAL ikkonkluda b’lasta vojta wara Ii l-gowlkiper inqabad barra. Borja MAYORAL għamel id-doppjetta personali b’xutt b’saħħtu fil-baxx tax-xibka. Il-gowl finali wasal ftit minuti qabel it-tifsira mis-sostitut PEDRO.

Il-partita li ntemmet 4-3 bejn Rapid Wien u Dundalk, kienet ikkontrollata mir-referee Malti Trustin Farrugia Cann.