Formula 1 Sport

Tellieqa bil-lejl fl-Għarabja Sawdita fl-istaġun tal-Formula 1 tas-sena d-dieħla

Fl-istaġun tas-sena d-dieħla tal-Formula 1, l-Għarabja Sawdita se tiddebutta għall-ewwel darba f’din il-kompetizzjoni permezz ta’ tellieqa bil-lejl fit-toroq ta’ Jeddah. Din pjanata ssir fix-xahar ta’ Novembru. Huma se jsiru t-tielet pajjiż mil-Lvant Nofsani li jospita tellieqa tal-Formula 1, wara Baħrejn u Abu Dhabi.

Il-President tal-Formula 1 Chase Carey qal li jinsab eċitat dwar din it-tħabbira, hekk kif l-Għarabja Sawdita huwa pajjiż li qed jattira ħafna interess mid-dinja tal-isports u tad-divertiment.

Dan huwa parti minn ftehim ta’ għaxar snin. Il-pajjiż qala diversi kritika minħabba d-drittijiet umani u kemm huwa maqtugħ mid-dinja, però l-Prinċep Abdulaziz insista li dan huwa l-bidu ta’ xi ħaġa sabiħa u bidla pożittiva.

Il-Formula 1 tkompli nhar l-Ħadd 15 ta’ Novembru fit-Turkija fit-trakka ta’ Istanbul.