Internazzjonali

Uragan qattiel jolqot lill-Amerika Ċentrali

Urugan ta’ kategorija erba’ ħalla ħerba sħiħa f’Nikaragwa waqt li l-maltemp, fl-aħħar sigħat, kien qed jassedja l-artijiet tal-Honduras fil-kontinent tal-Amerika Ċentrali.

Għalkemm il-qilla tal-uragan naqset għal-livell ta’ maltempata tropikali, l-awtoritajiet irrappurtaw numru ta’ imwiet ….fost qerda ta’ ħitan, siġar u infrastruttura. L-irwiefen mill-uragan qaċċtu s-soqfa tad-djar waqt li l-maltemp kien qed javvanza lejn il-Honduras mill-kosta fin-naħa ta’ fuq tan-Nikaragwa

L-awtoritajiet meteoroliġiċi sadanittant, wissew dwar il-potenzjal ta’ gharghar f’diversi bnadi tal-Amerika Ċentrali.