Lokali

Appell lill-Awtoritajiet sabiex tinstab it-tifla li ħarbet mill-pajjiż

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jinsab imħasseb dwar il-każ tat-tifla li qegħda taħt ordni ta’ ħarsien u li ttieħdet barra l-pajjiż b’mod illegali. L-Uffiċċju jifhem il-qsim il-qalb tal-foster parents u jħeġġeġ lill-awtoritajiet sabiex ikomplu jaħdmu bla heda ħalli flimkien mal-awtoritajiet Ewropej,
tinsab din it-tifla, jiġi assigurat li ma tkun fl-ebda periklu u tirritorna lura Malta kemm jista’ ikun malajr.

L-Uffiċċju jixtieq jenfasizza wkoll, kif ġieli għamel fis-snin l-imgħoddija, il-bżonn ta’ iktar mezzi ta’ sigurtà fl-ajruport sabiex każijiet bħal dawn ma jerġgħux iseħħu.