Coronavirus Lokali

COVID-19: 129 każ ġdid – 176 fl-isptarijiet

176 qed jingħataw il-kura fl-isptarijiet

Fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 129 każ ġdid ta’ COVID-19 bil-każi attivi jammontaw għal 1,989.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 7,110.

Dan filwaqt li fiequ 67 persuna filwaqt li fiequ tliet immigranti oħra biex b’hekk it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 4,835.

It-total ta’ swab tests fl-aħħar 24 siegħa kien ta’ 3,523.

Intant, matul il-ġurnata rajna tliet imwiet oħra kaġun tal-COVID-19: