Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn żiemel

Raġel ta’ 30 sena minn Naxxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn żiemel f’kumpless fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi għall-ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post minnufih wasal tim mediku li permezz ta’ ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn ġie ċċertitifkat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.