Lokali

Il-gvern kabbar il-problemi fil-konnettività; l-ebda proġett ġdid

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li minflok saħħaħ ilknnettività bjen Malta u Għawdex, il-gvern Laburista kabbar dawn il-problemi ma wettaq l-ebda proġett ġdid.

Meta kien qe djitkellem fil-parlament dwar il-Ministeru għal Għawdex Kevin Cutajar qal li f’seba’ snin ma twettaqx proġett wieħed fil-konnettività; il-gvern mhux itiha l-prijorità neċessarja.

Hu fakkar li kien gvern Nazzjonalista li investa fit-tliet vapuri ġodda tal-Gozo Channel u sostna li l-gvern jidher li ma jridx jagħmel il-mina kif ma jridx jagħmel proġetti oħra bħat-triq alternattiva għall-Imġarr u l-park and ride.

Dwar il-fast ferry hu qal li l-gvern irid jiddeċiedi x’tip ta’ proġett se jkun dan; hemm inkompetenza kbira. Hu semma’ r-raba’ vapur u qal li kien bżonn iżda l-gvern dam snin biex ġabu waqt li ġab vapur ta’ livell inqas mill-vapuri l-oħra; il-persuni b’diżabbiltà għandhom problemi kbar biex jużaw dan il-vapur għax mhux aċċessibbli.

Kevin Cutajar qal li jidher li dan il-vapur issa se jkun permanenti fil-flotta tal-Gozo Channel; morna lura 20 sena meta n-nies kienu jinżlu mal-karozzi bil-perikli kollha.

Hu sostna li s-side ramp mhix taħdem dejjem u kompla li l-gvern m’għamilx il-criuse liner terminal, il-bagi tax-Xlendi u l-Imġarr għall-criuse liners, il-marina tal-jottijiet u l-vapur tal-merkanzija.

Dwar it-trasport bl-ajru, Kevin Cutajar qal li l-gvern wiegħed is-servizz tal-helicopter u l-ajruplan iżda anki dawn ma twettqux. Kevin Cutajar qal li fil-budget hemm vot ta’ €200,000 għall-heliport meta dan ma jintużax. Hu kkritika n-numru kbir ta’ persuni li gvern Laburista daħħal mal-gvern f’Għawdex.