Coronavirus Lokali Saħħa

“Il-membri tal-Korp għandhom jingħataw l-opportunità ta’ Rapid Testing” – MPA

Ikompli t-tħassib min-naħa tal-Korp tal-Pulizija fid-dawl taż-żieda ta’ każi pożittivi ta’ COVID-19 li qed ikollna f’dawn l-aħħar jiem u ġimgħat.

F’post fuq il-media soċjali, l-Assoċazzjoni tal-Pulizija qalet li nhar is-26 ta’ Ottubru għamlet kuntatt dirett mal-Professur Charmaine Gauci fejn saru dawn ir-rikjesti f’isem il-Pulizija kollha.

  1. Dawk il-Pulizija li instabu pożittivi sa mil-bidu ta’ din il-pandemija, u anke dawk li jista’ jinstabu pożittivi is-Sick Leave jiġu mibdul fi Kwarantina.
  2. Sabiex il-membri tal-Korp jingħataw l-opportunità ta’ ‘Rapid Testing’ u eventwalent anke r-riżultat joħroġ iżjed malajr.

Wara li l-MPA ma rċievet l-ebda tip ta’ risposta mingħand il-Professur Gauci, ntbagħtet imejl oħra nhar it-2 ta’ Novembru bit-tama li din id-darba l-Unjin tirċievi xi forma ta’ risposta.

Sfortunatament l-MPA sad-data tal-lum għadha mingħajt risposta jew rikonoxximent u għalhekk l-Unjin għamlet kuntatt dirett permezz ta’ imejl mal-Ministru tas-Saħħa sabiex tinstab soluzzjoni għal dawn l-inġustizji.

L-MPA tavża li bl-ebda mod m’hi se tieqaf tiġġieled għad-drittijiet bażiċi u li temmen li għandom jkunu awtomatiċi u ta’ sens komun.