Lokali Parlament

Il-Prim Ministru jammetti indħil fil-PBS

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia sostniet li kien il-Prim Ministru Robert Abela stess li ammetta li kien hemm inħdil fl-operat tal-PBS.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia qalet li l-Prim Ministru ammetta li qed jiffaċċja reżistenza interna biex iġib bidliet fil-PBS u li l-akbar rifomi fil-pajjiż huma propju r-riformi fil-PBS. Hi sostniet li anki l-Prim Minstru kien staqsa min qed imexxi l-PBS llum għax hemm min għadu jiġbed l-ispag lill-PBS.

Għal min kien qed jirreferi Robert Abela? Għal Joseph Muscat li tiegħu kien konsulent? staqsiet Comodini Cachia. Kien Robert Abela stess li rrikonoxxa l-indħil fil-PBS.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li anki Chris Fearne irrikonoxxa li hemm min qed jagħmel il-bsaten fir-roti fil-PBS u staqsiet min kienu dawk li qed jagħmlu din il-ħsara lill-gvern Laburista.

Hi qalet li l-gvern jippretendi li jkollu kontroll assolut fil-PBS u sostniet li l-istazzjon nazzjonali m’għandu jkun kontrollat u maħkum minn ħadd. Il-PBS mhux qed jaqdi l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu.

Hi semmiet email minn Kurt Farrugia minn Kastilja lil Reno Calleja fejn tah struzzjonijiet biex l-istqarrija li kienet se toħroġ dwar iż-żjara tal-ex Prim Ministru Jospeh Muscat fl-Ażerbajġan jista’ jtellagħha fuq il-website mill-ewwel.