“Meta ddeċidejt li noħroġ għal Kap tal-PN, fuq moħħi kelli li ngħati xi ħaġa lura lil pajjiżi”
Kien dan il-messaġġ b’saħhtu li għadda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt il-programm L-Erbgħa fost il-Ġimgħa fejn esprima r-rieda tieghu li jaghti l-akbar kontribut ghall-gid tal-Maltin u l-Ghawdxin.
Bernard Grech, li kien prezenti flimkien mal-familja tieghu, spjega kif dan il-pass bidlilhom ħajjithom, iżda hu sab appoġġ kbir.
Bernard Grech tkellem dwar l-importanza li nirrispettaw lil xulxin, l-iktar lill-anzjani b’mod speċjali matul il-pandemija.
Bernard Grech qal li l-politiċi qiegħdin hemm biex jgħaqdu lil pajjiżna u jagħmlu biss xogħlhom meta jieħdu azzjonijiet tajbin.
Bernard Grech – miżżewweġ, missier, avukat… u ftit iktar minn xahar ilu sar il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista.
Illum fi vjaġġ bħala politiku biex jaqdi lil Maltin u l-Għawdxin kollha.

