Joe Ellis, PN
Fl-ewwel diskors tiegħu fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li l-uniku attività ekonomika f’Għawdex hi l-bini u appella biex isir master plan dwar l-iżvilupp f’Għawdex fejn suppost hu l-post naturali f’din l-era tat-teknoloġija.
Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar il-Ministeru għal Għawdex hu qal li l-biża’ tiegħu hi li Għawdex ma jibqax sostenibbli fejn wieħed jgħix, kif ġralha Kemmuna. Jeħtieġ li Għawdex ma jispiċċax biss post għall-anzjani iżda li ż-żgħażagħ jibqgħu hemm, sostna Joe Ellis, li kompla li kienu l-barranin li qed iżidu l-popolazzjoni tal-Għawdxin f’Għawdex.
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li s-settur agro-elimentari għandu jkun sostnut iktar f’Għawdex u sostna li l-isfidi f’Għawdex jistgħu jkunu superati bil-produzzjoni u bl-etika tax-xogħol; element li għandhom l-Għawdxin.
Għalhekk l-Għawdxin m’għandhomx ikuu offruti impjegi inferjuri biex tintrebaħ il-lealtà; jeħtieġ li l-potenzjal ta’ Għawdex ikun sfruttat. Hu qal li l-fibre optic cable ilu snin biex jitwettaq waqt li l-Innovation hub mhux jilħaq l-aspettattivi li kien hemm anki fl-impjieg ta’ nies ta’ kwalità.
Għawdex sar biss post fejn n-nies imorru fi tmiem il-ġimgħa iżda matul il-ġimgħa jkun post vojt; fejn ma jsirux attivitajiet extrakurrikulari, sportivi u kulturali.
Il-gvern għandu jiffoka fuq il-persuni b’inizjattiva imprenditorjali billi dawn jingħataw l-għajnuna kollha biex il-problemi burokratiċi jkunu solvuti; ftit huma l-inizjattivi biex jitwaqqfu inizjattivi kummerċjali f’Għawdex.
//= $special ?>