Lokali Qorti

Jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ erba’ serqiet fl-Ajruport

Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, il-Pulizija ser tressaq raġel l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Estrid May Grima b’rabta ma’ erba’ serqiet fl-ajruport.

L-arrest seħħ il-Ħamis filgħaxija fir-residenza tiegħu wara li t-Tlieta l-Pulizija kienet infurmata b’serqa ta’ madwar €6,000 f’ġojjellerija minn ħanut fl-ajruport – bil-ħalliel, raġel mill-Marsa ta’ 46 sena, inqabad mill-kameras tas-sigurtà jaħrab mill-post permezz ta’ mutur.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel wettaq sensiela ta’ serqiet oħra.

Iktar dettalji fil-link: