Lokali

Jittajjar u jsofri ġrieħi gravi

Raġel ta’ 47 sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żabbar għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu.

Fuq il-post wasal tim mediku biex jassisti lill-vittma filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar għal iktar kura.

L-ewwel investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija juri li karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti s-Siġġiewi laqgħat lill-vittma.