Internazzjonali

Jitwaqqaf attakk fuq ċentru tal-għadd tal-voti

Il-pulizija ta’ Philadelphia qed jinvestigaw allegat pjan ta’ attakk fil-post fejn qed jingħaddu l-voti tal-Elezzjoni Presidenzjali. Jidher li persuni armati kien fi triqthom minn Virginia lejn Philadelphia bi pjan biex jattakkaw il-bini, qal kelliem għall-pulizija.

Mill-inqas persuna waħda tinsab arrestata wara li anke nstabet arma fil-vettura. Skont l-aħħar rapporti mill-Istati Uniti jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Skont l-aħħar numri jidher li r-riżultat f’Pennsylvania jista’ jkun deċiżiv għall-presidenza. S’issa Donald Trump għandu 49.5% tal-voti, filwaqt li Joe Biden huwa fuq 49.2%.