Coronavirus Edukazzjoni Lokali

Kwart tat-tfal mhux imorru skola għax vulnerabbli

Wieħed minn kull erba’ studenti mhux imorru skola minħabba l-pandemija, għaliex huma tfal vulnerabbli.

Sostna dan il-Ministru tal-Edukazzjoni f’kummenti fil-Parlament dalgħodu.

Il-Ministru ma qalx kemm sa issa instabu każi ta’ Covid-19 fl-iskejjel mill-bidu tas-sena akkademika ‘l hawn.

Owen Bonnici stqarr li minħabba l-Covid infetħet skola virtwali – liema skola qed topera għall-Primarja biss.