Sport Sport Ieħor

Magnus Cort jirbaħ is-16 -il stadju ta’ La Vuelta

Magnus Cort rebaħ is-16 -il stadju ta’ La Vuelta wara li għeleb l-isfida ta’ Primoz Roglic li minn naħa tiegħu żamm il-flokk l-aħmar u postu fil-quċċata tal-klassifika.

Roglic se jkun qiegħed jidħol għall-istadju ta’ qabel ta’ l-aħħar b’vantaġġ ta’ 45 sekonda fuq Richard Carapaz. L-istadju ta’ għada se jkun dak bejn Sequeros u Alto de La Covatilla fuq distanza ta’ 178.2km.