Lokali Parlament

Mas-saħħa m’hemmx kompromessi

Il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernad Grech kkritika lill-gvern għan-nuqqasijiet li ed iwettaqquddiem il-pandemija COVID-19 u enażziza li l-prijorità għandha tkun li mas-saħħa m’għandhux ikun hemm kompomessi.

Meta tkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 u qal li bħala Maltin u umani nħossuna mnikkta ma’ kull mewt bil-COVID-19.

Hu kompla li jista’ jsir iktar fir-rigward tal-COVID-19 fejn diversi korpi u professjonisti qed isostnu li l-gvern irid jagħmel iktar u jieħu s-sitwazzjoni bis-serjetà. Inħossni mnikket u rrabbjat, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li llum seħħet l-74 mewta bil-COVID-19.

Hu sostna li kulħadd għandu kundizzjonijiet ulterjuri li jbati minnhom fis-saħħa iżda l-COVID qed tkun il-kaġun tal-imwiet. Il-pajjiż dejjem poiġġa l-flus fejn kien hemm bżonn fis-saħħa tan-nies bla distinzjoni dwar il-faxex tas-soċjetà.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-poplu għandu jkompli bil-pressjoni fuq il-Prim Ministru u l-Gvern li għandhom l-obbligu li jisimgħu l-frustazzjoni tan-nies li qed isostnu li l-gvern mhux jagħti prijorità lis-saħħa tan-nies. Hu qal li l-PN jrid ekonomija b’saħħitha u enfażizza li fejn tidħol is-saħħa u l-ħajja m’hemmx kompromessi.

Il-Kap tal-PN kompla li hawn lukandi li għandhom biss 3% okkupanza; x’qed jagħmel il-gvern biex jibbilanċja l-ekonomija? Qed ibatu l-ħaddiema minn din is-sitwazzjoni fejn żdied il-qagħad; mhux biss minħabba l-COVID iżda propju minħabba l-COVID hawn ħaddiema li qed jaħdmu tlieta jew erbat ijiem fil-ġimgħa biss.

Il-gvern taparsi qed jgħin l-ekonomija tan-nies, tal-pajjiż u tan-negozji iżda s-saħħa tan-nies qed tkun traskurata.. Hawn tliet djar tal-anzjani li fihom hemm ammont ta’ anzjani li għandhom il-COVID-19.

Il-gvern qed jinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u għalhekk irid iġorr ir-responsabbiltà; is-sitwazzjoni hi traġika wisq, sostna Bernard Grech, li kompla li l-mard hu diġà gravi iżda hu gravi wkoll il-fatt li hawn anzjani li ilhom magħluqa fid-djar għall-anzjani minn Marzu li għadda. Hemm anzjani oħra li qed ibatu mill-virus fid-djar għall-anzjani u issa huma konfinati għal ġol-kamra tagħhom.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dawn l-anzjani jinsabu ħabsin fid-djar għall-anzjani u sostna li l-gvern għandu jieħu din is-sitwazzjoni bis-serjetà biex dawn l-anzjani ma jmutux bla opportunità li jgħixu l-aħħar ġranet b’mod diċenti. Il-gvern għandu jwieġeb u jqum għaliex din ma tissolviex bil-vocuhers jew bir-riklami fil-facebook jew il-PBS.

Il-populiżmu tal-gvern jasal biss sa fejn jaslu l-flus għax għandu xi jroxx għax il-poplu bieżel iżda l-gvern hu bla ideat u mhux kapaċi u bla viżjoni.

Għalhekk il-PN ma jistax ma jmurx il-parlament u juri li jaf fejn irid imur. Il-PN qed ipoġġi lill-persuna umana fiċ-ċentru waqt li l-gvern ippoġi lill-kriminali, lil min jiftaħ il-kumpaniji sigrieti u l-flus fiċ-ċentru.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-viżjoni tal-PN hi bbażata fuq l-ambjent, li hu l-qofol għax hu l-mutur ekonomiku u l-post fejn il-Maltin jistgħu jmorru b’mod seren u komdu fil-kuntest tas-saħħa mentali.

Hemm ukoll l-ambjent urban fejn illum hemm spazji vojta li jridu jimtlew b’mod sigur b’inċentivi biex it-tfal jerġgħu jitħajru jitilqu minn fuq il-mobile u jmorru fid-dinja reali biex jagħmlu l-ħbieb u jilgħabu flimkien.

Jeħtieġ bini sabiħ u għalhekk għandhom jieqfu l-ħniżrijiet ta’ bini li qed ikerraħ l-estetika, sostna Bernard Grech, li kompla li, l-ambjent mhux biss il-wieden iżda anki l-postijiet fejn jaħdmu n-nies u l-iskejjel kollha.

Hu kkritika l-fatt li hemm studenti li jistudjaw fl-art u fit-turġien u sostna li fl-iskejjel hemm każi ta’ COVID li ma jistgħux ikunu ntraċċati. Is-susa li daħlet fis-soċjetà Maltija hemm se tibqa’, sostna l-Kap tal-PN.

Bernard Grech qal li l-kwalità ta’ ħajja għandha bżonn impenn ekonomiku biex il-gvern ma jibqax ikejjel l-avvanz bil-flus iżda jsir kejl fuq il-kwalità tal-ħajja. Dan hu l-mod kif il-PN jixtieq iwettaq il-politika li anki l-gvern jadottaha; il-PN jiddiskuti l-ideat biex il-gvern iwettaqhom.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-PN qed jipproponi Poverty Watch kif hemm f’ħafna pajjiżi Ewropej fosthom Franza, l-Italja, il-Belġju u l-Iżlanda. Dan janalizza l-ħajja tan-nies u l-mod kif dawn qed ibatu biex b’hekk isiru l-proposti b’mod immedjat.

Il-PN irid li l-viżjoni tal-pajjiż tkun ibbażata fuq iż-żgħażagħ b’impenn għal-lum, sostna Bernard Grech, li kompla li ħafna żgħażagħ qed jidħlu fil-PN biex ibiddluh u jtejbuh.

Bernard Grech semma’ l-istipendju u qal li hi inġustizzja li żagħżugħ li qed jistudja u jaħdem iktar minn 20 siegħa jkollu l-istipendju effettwat. Ejja nippremjaw il-bżulija u mhux il-korruzzjoni, appella Bernard Grech, li saħaq biex l-istipendju ma jkunx effettwat jekk l-istudenti jaħdmu iktar minn 20 sena.

Hu tratta liż-żgħażagħ li jitilqu mis-sekondarja u jmorru jaħdmu anki fis-snajja u qal li l-pajjiż irid jrrealizza li trid terġa’ tingħata l-għajnuna meħtieġa lil dawn iż-żgħażagħ.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-gvern hu staġnat u bla ideat u kull ma jaf hu li jbigħ iċ-ċittadinanza. Il-PN jirrispetta l-wirt kulturali, sostna Bernard Grech, li qal li hu kburi li hu Malti imma mhux kburi li l-gvern ibiegħ iċ-ċittadinanza.

Din għandha tingħata anki b’xejn lil min irid jagħti isem lil Malta u lil min jagħti kontribut fl-ekonomija Maltija u mhux lil min għandu l-miljuni u juża’ lil Malta biex jaħsel il-flus. Il-gvern jagħmel kollox għall-flus; ejja nagħmlu kollox għall-ġid tal-Maltin, għad-dinjità u s-saħħa.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li għandu jinbena patt soċjali ġdid mal-poplu u mas-setturi ekonomiċi biex jinħoloq mudell ekonomiku fejn il-bniedem javvanza ‘l quddiem bil-ħiliet tiegħu.

Hu semma’ l-problemi soċjali li hawn fis-settur tal-propjetà u qal li l-gvern mhux jitratta l-iżvilupp soċjali fejn in-nisa jkunu parteċipi biex jaħtfu l-opportunitajiet bla xkiel għax huma kapaċi. Iżda fejn hemm l-ostakli għan-nisa, bħall-parlament, għandu jsir qbil biex il-mekkaniżmu jkun pprovat mill-parlament mill-iktar fis.

Dwar Għawdex hu qal li minkejja li dan hu ġojjell, hemm żvilupp esaġert; l-iżvilupp hu meħtieġ iżda jrid ikun sostenibbli biex Għawdex jibqa’ post tajjeb biex fih jikbru l-Għawdxin u jkun ukoll pilastru ewlieni għall-ekonomija tal-gżejjer Maltin.

Hu semma’ l-kampanja u l-agrikoltura u qal li dawn għandhom ikunu protetti waqt li l-agrikoltura tkun sostnuta. Il-viżjoni tal-PN issostni wkoll il-ħarsien tal-liġijiet u l-istandards li jsegwu l-liġi, sostna Bernard Grech, li kkritika lill-Prim Ministru li appunta ċ-Chairman tal-FIAU mhux skont il-liġi. Il-Kap tal-PN qal li Malta għandha tingħata l-isem li jistħoqqilha u mhux l-isem li l-gvern żeblaħ.