Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħima fil-PN David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħima fil-PN David Agius appella biex issir diskussjoni dwar il-living income u l-living wage fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti tal-ħaddiema Maltin.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament David Agius qal li rridu nħarsu lejn il-problemi ta’ mard mentali li jeżistu fis-soċjetà b’effetti fuq wieħed minn erba’ persuni, meta ftit tas-snin ilu l-problema kienet fuq wieħed minn tlieta. Dwar il-problema tad-droga hu qal li fil-pajjiż hawn madwar 800 persuna li jmorru d-Detox għall-methadone; din hi problema li jeħtieġ soluzzjoni għaliha.
David Agius tkellem ukoll dwr il-każ tat-tifla li tħarrbet minn ommha u tinsab il-Ġermanja. Din hi tifla ta’ seba’ snin li hi taħt foster carers li marret għand l-omm naturali tagħha mill-Eritrea u għal xi raġuni jew oħra telqet minn pajjiżna.
Qed jingħad li t-tifla tħarrbet minn ommha tinsab il-Ġermanja ħadt ir-ruħ, għaliex talinqas nafu fejn qiegħda, però jidher li dan mhuwiex il-każ għaliex it-tifla ma nafux fejn qiegħda. Hu kompla li l-foster parent staqsiet kif jista’ jkun li tinħareġ minorenni b’passaport falz minn Malta.
David Agius kompla li għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-każ ta’ tifla li allegatament inħarġet minn pajjiżna b’mod illegali. Din it-tifla mitlufa għandha seba’ snin, ilha sitt snin u nofs għand din il-familja u nħarġet care order. Jekk inħarġet care order għaliex kien hemm xi ħaġa ħażina fid-dar tagħha meta kienet żgħira, fejn kienet tgħix il-minuri u din għadha taħt care order.
Hu kompla li għaddew tlett ġimgħat u staqsa jekk din it-tifla mitlufa għaliex hemm care order u kif ħarġet minn Malta. X’ġara l-immigration? Fil-post tat-tluq minn Malta, kif telqet din minn Malta? Ħarġet European Arrest Warrant jekk din, kif intqal, marret minn Malta lejn il-Belġju u mill-Belġju jidher li marret post ieħor? Għaliex ma kien hemm l-ebda stqarrija mill-Korp tal-Pulizija? L-Aġenzija Appoġġ x’inhi l-pożizzjoni tagħhom? Minn dakinhar li ġrat din u issa li nafu li ġrat din, x’se nagħmlu bħala pajjiż? Kif se naċċertaw irwieħna li xi ħaġa bħal din ma terġax tirrepeti ruħha f’pajjiżna?
Hu appella lill-Kummissarju tat-Tfal biex titkellem fuq dan il-każ kif tkellmet fuq suġġetti oħra għax dan jista’ joħloq preċedent u allura l-uniku interess tagħna huwa tat-tifla, tal-familja u ta’ pajjiżna.
David Agius tkellem dwar id-drittijiet tat-tfal li jaraw lill-ġenituri u lin-nanniet, il-fostering u qal li din l-għażla mhux dejjem waħda faċli għall-foster carers li għandhom dħul finanzjarju baxx.
David Agius ppropona li titħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà nazzjonali ta’ dawk il-foster carers li jagħmlu l-għażla li jieqfu jaħdmu biex ikunu f’pożizzjoni li joffru kura lit-tfal li jkunu ġew fdati f’idejhom.
Dwar l-ingaġġ tal-LSEs hu qal li hemm bżonn allokazzjoni tal-LSEs għall-istudenti u din teħtieġ titjib u għandna bżonn naraw li ntejbuha. Hemm bżonn unit speċjalizzata bi speċjalisti fl-ADHD biex jaħdmu fl-iskejjel kollha li jappoġġaw lill-għalliema u lill-LSEs b’mod effettiv.
David Agius staqsa meta se jiġi fis-seħħ l-Att dwar il-Persuni Vulnerabbli u tkellem ukoll dwar il-bdoti tal-Air Malta li għaddejjin minn diffikultajiet. Dwar il-fond tal-ħaddiema tal-Maltacom David Agius qal li hemm fond li suppost il-Ministru tal-Finanzi kellu jiddedika għall-ħaddiema tal-Maltacom.
Hu sostna li l-vouchers huma tajbin u għinu lill-familji u ppropona lill-Gvern biex jieħu ħsieb li ma jagħtihomx kollha wara l-Milied. Jeħtieġ li fil-pajjiż issir diskussjoni dwar il-living income, il-living wage u l-pagi flimkien ma’ diskussjonijiet dwar il-pensjonijiet u s-second pillar.
David Agius tkellem ukoll dwar il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u qal li l-familji jixirqilhom roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Hemm bżonn li ma jibqax isir serq fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u li jekk hemm xamma ta’ korruzzjoni jew serq f’dak li għandu x’jaqsam mal-power station, inkunu aħna li żgur ma nħalluhiex issir.
//= $special ?>