Futbol Sport

Sassuolo jitilfu ċ-ċans li jitilgħu l-ewwel

Fil-Mapei Stadium, Sassuolo tilfu ċ-ċans li momentarjament jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika meta ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls minn Udinese. F’partita nieqsa mill-azzjonijiet kienu Sassuolo li kellhom l-aktar pusses tul il-partita iżda naqsu milli jkunu perikolużi lejn il-lasti ta’ Musso. B’dan id-draw Sassuolo telgħu bi ħmistax –il punt filwaqt li Udinese baqgħu fiż-żona l-ħamra b’erba’ punti.

SERIE A

Illum: Sassuolo v Udinese 0-0 Għada: Cagliari v Sampdoria 3.00pm, Benevento v Spezia 6.00pm, Parma v Fiorentina 8.45pm Il-Ħadd: Lazio v Juventus 12.30pm, Atalanta v Inter 3.00pm, Genoa v Roma 3.00pm, Torino v Crotone 3.00pm, Bologna v Napoli 6.00pm, Milan v Verona 8.45pm