Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) ħabbar li se jkun hemm sħubija ta’ tliet snin ma’ PwC Malta, kumpanija ewlenija f’pajjiżna li tgħati servizzi awditjar, tat-taxxa u tal-konsulenza; l-għan ewlieni biex tiżviluppa lill-istudenti.
Dan se jkun pass ‘il quddiem biex matul din il-ħidma jinvestu fl-istudenti Universitarji.
Il-kumpanija se tkun qed tgħati s-sapport tagħha lil KSU f’diversi inizzjattivi bl-għan li jgħinu lill-istudenti li jkun għaddejjin mill-esperjenza tal-Università ta’ Malta, partikolarment matul dan iż-żmien tant diffiċli. Fost dawn l-inizzjattivi hemm iż-żieda ta’ post fl-Università fejn l-istudenti jkunu jistgħu jistudjaw.
//= $special ?>