Futbol Sport

Southamtpon momentarjament jaqsmu l-ewwel post ma’ Liverpool

Southampton telgħu momentarjament fil-quċċata tal-klassifika b’16 –il punt daqs Liverpool iżda b’differenza ta’ gowls aħjar meta fis-Saint Mary’s Stadium għelbu lil Newcaslte 2-0. CHE ADAMS tefa’ lil Southampton fil-vantaġġ wara 7 minuti b’konklużjoni tajba fuq pass ta’ Theo Walcott. STUART ARMSTRONG aċċerta mit-tliet punti, tmien minuti mit-tmiem meta għamilhom 2-0 b’konklużjoni fil-baxx wara li aprofitta minn żball ta’ Longstaff. Newcastle resqu qrib li jnaqqsu l-iskor fis-86 minuta meta fuq cross ta’ Lewis kien is-sostitut Joelinton li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun salvata b’mod tajjeb minn Mc Carthy.

Brighton u Burnley kisbu punt kull wieħed meta temmew fi draw ta’ mingħajr gowls. Iż-żewġ timijiet ħolqu opportunitajiet ta’ skor. Minuta min ftuħ il-partita Tariq Lamptey seta’ tefa’ lil Brighton fil-vantaġġ iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet għoli. Tliet minuti wara Danny Lowton laqgħat il-lasta għal Burnley. Danny Welbeck kellu ċans li jitfa’ lil Brighton fil-vantaġġ fl-34 minuta iżda ra lil Pope isalva b’mod tajjeb. B’dan id-draw Brighton telgħu b’sitt punti filwaqt li Burnley għadhom fil-post qabel tal-aħħar b’żewġ punti biss.

PREMIER LEAGUE

Illum: Brighton v Burnley 0-0, Southampton v Newcastle 2-0, Għada: Everton v Man Utd 1.30pm, Crystal Palace v Leeds 4.00pm, Chelsea v Sheff. Utd 6.30pm, West Ham v Fulham 9.00pm Il-Ħadd: WBA v Tottenham 1.00pm, Leicester v Wolves 3.00pm, Man City v Liverpool 5.30pm, Arsenal v Aston Villa 8.15pm