Lokali

Tifla ta’ 15-il sena rrappurtata nieqsa

Luana Borg, tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

L-aħħar li dehret, hi kienet liebsa libsa sewda u ġakketta sewda tal-ġilda.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 2122 4001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Din mhux l-ewwel darba li l-Pulizija ħarġet stqarrija dwar din it-tifla tisħaq għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif Luana kienet qed tiġi mfittxa mill-qraba tagħha.