Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ persuni oħra jitilfu ħajjithom bil-COVID-19

Kmieni dalgħodu l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ persuni oħra mietu bil-COVID-19. Dan itella’ n-numru ta’ fatalitajiet bil-Coronavirus għal 73. Aħbar kerha li ttella’ n-numru ta’ mwiet bil-virus fl-aħħar tliet ijiem għal 8, 12 f’temp ta’ sitt ijiem.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 75 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-COVID-19 fl-14 ta’ Ottubru u ddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru, miet ilbieraħ fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 90 sena li ddaħħlet l-isptar Mater Dei fil-31 ta’ Ottubru u ttestjat pożittiva dak in-nhar stess, ukoll mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Jidher li dawn il-persuni ma kellhom ebda mard kroniku ieħor.