Jissokta t-tixrid tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin wara li ħriġna mill-35 ġimgħa mindu bdew ifeġġu l-ewwel każi fil-pajjiż eżattament 8 xhur ilu, b’951.
Fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 146 każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi jammontaw għal 1,966.
Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 7,256.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 168 persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 5,003.
Intant, mill-129 każ li tħabbar tul il-jum tal-Ġimgħa; 19-il każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittivi preċedentament, 17-il każ kienu każi minn fuq il-post tax-xogħol, 11 oħra kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi u 7 każi minn attivitajiet soċjali.
Dan ifisser li 75 persuna ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min ġew infettati bil-virus.
Dan filwaqt li l-ammont ta’ vittmi tal-pandemija f’pajjiżna jammontaw għal 75, b’26 mewta fl-aħħar 14-il jum biss.
L-aħħar vittma tal-pandemija f’pajjiżna kien anzjan ta’ 92 sena.
//= $special ?>