Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Il-vittmi jiżdiedu għal 75

Raġel ta’ 92 sena tilef ħajtu kawża tal-Covid-19 sabiex b’hekk l-ammont ta’ vittmi tal-pandemija f’pajjiżna żdiedu għal 75.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li r-raġel kien ikkonfermat pożittiv fil-5 ta’ Novembru fejn sfortunatament tilef il-battalja mal-mewt aktar kmieni s-Sibt filgħodu waqt li kien rikoverat fl-Isptar Mater Dei.

Fl-istqarrija ma kienx preċiżat li l-anzjan kien isofri minn kundizzjonijiet ulterjuri.