Iċ-ċiklist ta’ 24 sena David Gaudu ta’ Groupama rebaħ is-17-il stadju ta’ La Vuelta, filwaqt li Primoz Roglic żamm postu fil-quċċata tal-klassifika. Hu kien segwit minn Gino Mader ta’ NTT Pro Cycling u Ion Izagirre ta’ Astana li daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Dan l-istadju sar fuq distanza ta’ 178.2 kilometru minn Sequeros sa Alto De La Covatilla.
Fl-aħħar tela’, kien hemm ukoll Richard Carapaz u Hugh Carthy wara Roglic fejn irnexxilhom inaqqsulu 20 sekonda mil-vantaġġ li għandu fil-klassifika ġenerali, iżda ma kienx biżżejjed biex Roglic jitlef postu fil-quċċata.
//= $special ?>